2 mejta u 17 midruba wara li ċediet gallerija f’diskoteka – One News

Notifiki

2 mejta u 17 midruba wara li ċediet gallerija f’diskoteka

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u iktar minn 17-il persuna sfaw midruba wara li ċediet gallerija ġewwa diskoteka fil-Korea t’Isfel fir-raħal ta’ Gwangyu.

Rapport tal-midja barranin qalu li diversi atleti għawwiema li kienu qed jikkompettu fil-kampjonati tad-dinja tal-għawm weġġgħu f’dan l-inċident. L-atleti huma mill-Istati Uniti, mill-Italja, mill-Brażil, mill-Olanda u minn New Zealand.

Intant żewġ persuni mill-Korea ta’ Isfel wieħed ta’ 38  sena u ieħor ta’ 27 sena, tilfu ħajjithom f’dan l-inċident traġiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend