Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) bi pjaċir innotat il-post fuq Facebook li għamel l-Ewroparlamentari Dr Alex Agius Saliba, li diġà laqa’ l-istedina li għamlitlu l-FACE (Il-Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Kaċċa u l-Konservazzjoni Ewropea) u irreġistra biex jerġa’ jiġi stabbilit l-Intergroup tal-‘Kaċċa’ fil-Parlament Ewropew, fejn Dr Agius Saliba se jkun ukoll wieħed mill-membri.
Il-FACE estendiet l-istedinalill-MEPs kollha tal-Parlament, fosthom lis-sitt Ewroparlamentari Maltin.
Il-FACE flimkien mall-ELO (l-Organiżazzjoni tas-Sidien ta’ Art fl-Ewropa) jieħdu ħsieb is-segretarjat tal-Intergroup. Il-FKNK ilha membru mall-FACE għal 31 sena u bħalissa tokkupa l-Viċi-Presidenza tar-Reġjun tal-Mediterran tal-istess FACE, u 11-il sena wkoll membru mall-ELO.