Dalgħodu fl-ewwel flyover minn sebgħa fil-Junction tal-Marsa bdew jitpoġġew f’posthom it-travi tal-azzar li se jkunu fil-liwja li minn Triq Aldo Moro tieħdok lejn Triq Garibaldi.
Fi żjara fuq is-sit, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg saħaq li bi proġetti bħal dan u dak tas-Central Link f’Ħ’ Attard qed jitnissel sens ta’ soljev fost in-nies meta jaraw proġetti infrastutturali maġġuri bħal dawn iseħħu. Fisser kif b’dan il-proġett waħdu qed jingħata nifs ġdid, inqas traffiku u inqas emissjonijiet lin-Nofsinhar ta’ Malta.
Tenna li l-ewwel flyover se tkun lesta sal-aħħar ta’ dan is-sajf.