Francesco Totti se jirritorna lura…din id-darba fuq it-televiżjoni – One News

Notifiki

Francesco Totti se jirritorna lura…din id-darba fuq it-televiżjoni

L-eks plejer Taljan Franceso Totti se jieħu sehem f’sitcom flimkien mal-mara tiegħu Ilary Blasi. 

Il-kopja żżewġu fl-2005 għandhom tliet ulied: Cristian, Chanel u Isabel.

S’issa għadu nħadem biss id-demo, li ġie ppreżentat lill-kumpanija Mediaset, fejn mart l-eks plejer ta’ Roma għadha kuntratt bħala preżentatriċi. Jekk jiġi aċċetatt mill-kumpanija, dan il-proġett mhuwiex se jibda jintwera qabel is-sena d-dieħla.

Qed jingħad li hemm ċans kbir biex f’kull episodju jieħdu sehem mistiedna speċjali barra l-kopja. Fost dawk li qed jissemmew bħala mistiedna speċjali hemm il-kantanta Taljana Emma Marrone u Teo Mammucari.

Ilary Blasi, fl-iskeda l-ġdida se tkun qed tippreżenta l-programm Euro Games flimkien ma’ Alvin. Iżda mhijiex se tkun qed tippreżenta edizzjoni oħra ta’ Grande Fratello VIP.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend