Twissijiet għal temperaturi għoljin fil-Punent tal-Ewropa – One News

Notifiki

Twissijiet għal temperaturi għoljin fil-Punent tal-Ewropa

Ħafna mill-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa qed jerġgħu jaffaċjaw temperaturi għoljin, it-tieni mewġa ta’ sħana laħqet il-qofol matul il-jum tal-ħamis. Bosta twissijiet dwar it-temperaturi sħan inħarġu f’diversi pajjiżi. Fi Franza nħarġet twissija fejn it-temperatura f’Pariġi laħqet rekord ta’ 40.6 grad fejn saħħansitra tista’ tilħaq sat-43 grad. 

Temperaturi simili laħqu r-Renju Unit, tant li s-sewwieqa tal-ferroviji ġew ordnati biex ibaxxu l-veloċità sabiex ma jsaħħnux iżejjed il-binarji li minn fuqhom jgħaddu l-ferroviji. Rekords ta’ temperaturi għoljin mistennija jinkisru għat-tieni darba fi żmien jumejn fil-Ġermanja, il-Belġju u l-Olanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend