Tnieda l-programm Artivisti għas-sena 2019. Programm li huwa mmexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Malti għall-Arti.
Din hija t-tieni edizzjoni ta’ dal-programm, u bbażat mill-esperjenza li nkisbet, inqasam fi tnejn: wieħed għal bejn l-14 u 17-il sena u ieħor għal bejn it-18 u l-24 sena.
Permezz tal-programm Artivisti, iż-żgħażagħ li jipparteċipaw fih jitħarrġu iktar fil-ħiliet artistiċi u kif ukoll fl-iżvilupp tagħom u anke l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.
Apparti mentoring dirett u anke kuntatt ma’ artisti, iż-żgħażagħ jingħataw ukoll għotja sabiex ikunu soatnuti fil-kapaċitajiet tagħhom.