Se jirritorna l-atleta Shaun Falzon | One News

Notifiki

Se jirritorna l-atleta Shaun Falzon

L-atleta professjonali Shaun Falzon minn Ying Yang Team Noel ser ikun qiegħed jagħmel ir-ritorn tiegħu fir-ring is-Sibt 27 ta’ Lulju. Falzon ser jirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Sqallija. waqt is-serata Evolution Fight fi Piazza Garibaldi, Rosolini. 

Il-kickboxer Malti se jaffaċċja lil Salvatore Cicerone minn Team Muay Thai Mania f’bawt ta’ 3 rawnds ta’ żewġ minuti kull wieħed fil-kategorija tal-wieħed u 71 kilogramm. Il-ġellieda mistennija jikkompetu b’regoli tal-K1, fejn jistgħu jagħmlu użu mill-irkoppa.

Din mhux l-ewwel darba li Shaun Falzon irrappreżenta lil pajjiżna kemm f’avvenimenti lokali kif ukoll barra minn xtutna fejn saħansitra diġà kkompeta fi Franza fuq livell professjonali.

Wara xi żmien wieqaf, Falzon kien reġa’ beda jitħarreġ b’mod regolari u żgur li mhuwiex wiċċ ġdid għal dawk li jsegwu l-K1 f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend