Għall-ewwel darba, pajjiżna se jkun qed jipparteċipa fil-World Summit Awards, kompetizzjoni internazzjonali li hija organizzata min-Nazzjonijiet Magħquda.
Is-sehem Malti se jkun qed isir permezz ta’ tmien nominazzjonijiet, li ntgħażlu speċifikament minn bord indipendenti li nħatar apposta għal dan l-iskop.
It-tmien nominati huma Plumtri, BeSafe@Work, Explore More – My Journey, BiedjaCam, Zabbar Umbrella Installation, Savvisave, SPOT App u Freehour.
Il-World Summit Awards tagħżel u tipromwovi l-aqwa kumpaniji start-up tad-dinja f’dak li għandu x’jaqsam kontenut diġitali u apps innovattivi.
L-awards huma mqasma fi tmien kategoriji, u kull sena, f’kull kategorija jkunu rikonoxxuti ħames proġetti. Apparti premju finanzjarju, ir-rebbieħa jirċievu sħubija u integrazzjoni kontinwa.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega kif dawn l-awards huma opportunita biex l-istess entitajiet, mhux tali jkunu kisbu suċċess fuq bażi lokali, iżda saħansitra juru ħidmiethom lid-dinja kollha, biċ-ċans li anke jirbħu wkoll.
Iddeskriva l-World Summit Awards bħala mod ta’ inkoraġġiment fit-tkabbir tal-ebusiness, u għaldaqstant joffru pjattaforma għal skambju u tisħiġ tan-netwerks.