Jirreżenja l-Gvernatur ta’ Puerto Rico wara li jiġu żvelati numru ta’ messaġġi mibgħuta minnu – One News

Notifiki

Jirreżenja l-Gvernatur ta’ Puerto Rico wara li jiġu żvelati numru ta’ messaġġi mibgħuta minnu

Jirreżenja l-Gvernatur ta’ Puerto Rico, Ricardo Rossellò. Ir-riżenja saret jien wara li massa ta’ dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw. Minkejja li nhar il-Ħadd li għadda insista li hu se jibqa’ fil-kariga, Rossellò ħareġ stqarrija televiżiva l-Erbgħa filgħaxija fejn qal li r-riżenja tiegħu se tiġi effetiva l-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu.

Rossellò kien fiċ-ċentru ta’ skandlu ta’ messaġġi li diġà wassal għar-riżenja ta’ żewġ uffiċjali għolja. Il-messaġġi juru kummenti sessisti, profani u omofobiċi. Il-konversazzjoni, li kien fiha madwar 880 paġna bejn il-Gvernatur u 11-il raġel ieħor, ħarġet fil-pubbliku fit-13 ta’ Lulju u li wasslet biex eluf ta’ dimostrati jipprotestaw għal jiem sħaħ barra d-dar tal-Gvernatur f’San Juan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend