Boris Johnson jifforma l-kabinett tiegħu – One News

Notifiki

Boris Johnson jifforma l-kabinett tiegħu

Il-kabinett il-ġdid ta’ Johnson ħa jiltaqa’ għall-ewwel darba l-Ħamis filgħodu, qabel il-Prim Ministru l-ġdid jindirizza l-House of Commons. 

L-Erbgħa tħabbar min ser ikunu l-membri tal-kabinett. Johnson ta l-aktar karigi importanti li dawk li huma favur Brexit.

Huwa ħatar lil Dominic Raab bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin u lil Priti Patel bħala Segretarja għall-Affarijiet Lokali. Filwaqt li lil Sajid Javid ħatru bħala kanċillier, wara li iktar minn nofs il-membri tal-kabinett ta’ Theresa May ma ġewx inklużi fil-kabinett ta’ Johnson, ewlieni fosthom Jeremy Hunt li kien qiegħed fit-tiġrija ma’ Johnson biex isir Prim Ministru.

Hunt stqarr li saritlu offerta għal kariga oħra iżda hu ma aċċettax. Penny Mordaunt u Liam Fox, li  huma favur Brexit ingħataw il-karigi ta’ Segretarju għad-Difiża u Segretarju għall-Kummerċ Internazzjonali respettivament.

Dawn huma xi karigi oħrajn:

Stephen Barclay: Segretarju għall-Brexit (żamm postu)

Michael Gove: Kanċillier ta’ Lancaster u nkarigat mill-pjannijiet f’każ li Brexit ma jseħħx

Matt Hancock: Segretarju għas-Saħħa (żamm postu)

Gavin Williamson: Segretarju għall-Edukazzjoni

Nicky Morgan: Segretarju għall-Kultura

Andrea Leadsom: Segretarju għall-Kummerċ

Amber Rudd: Segretarju għax-Xogħol u l-Pensjonijiet (żamm postu)

Jacob Rees-Mogg: Mexej tal-Parlament Ingliż

 

Ritratt: BBC News

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend