Għall-ħabta tas-13:30, inqalbet karozza fix-Xlendi Għawdex.
Xhieda fuq il-post qalu ma’ One.com.mt li ambulanza b’tim mediku waslet immedjatament fuq il-post, iżda x-xufier deher li ma kellux ġrieħi serji.
Il-karreġjata li tagħti għall-bajja tax-Xlendi kellha tingħalaq għal xi ħin.