Ġiet inawgurata klinika ġdida tal-ENT għall-anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule.
Din il-klinika se tkun qed tilqa’ lill-anzjani kollha f’Malta u mhux biss lir-residenti ta’ San Vinċenz de Paule, u se tikkumplimenta s-servizzi ofruti fl-isptar Mater Dei.
Il-Kap Eżekuttiv tar-residenza Dr Josianne Cutajar qalet li permezz ta’ din il-klinika qed iseħħ pass ieħor fil-viżjoni li mir-residenza jinħoloq ċentru tal-ġerontoloġija, u li din se tgħin lill-anzjani jibqgħu indipendenti kemm jista’ jkun.
Fissret kif ċertu kundizzjonijiet bħal nuqqas ta’ smigħ itappnu l-indipendenza u żżid l-esklużjoni soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spjega li permezz ta’ din il-klinika qed tkompli tissaħħaħ l-anzjanità attiva.
Saħaq li pajjiżna dieħel f’era fejn l-ikbar ammont ta’ persuni fis-soċjetà se jkunu anzjani u għalhekk hemm bżonn li l-pajjiż ikun preparat ħalli ma jkunx hemm min ibati.