Rekord ġdid: il-qgħad fl-inqas livelli fl-istorja ta’ Malta – One News

Notifiki

Rekord ġdid: il-qgħad fl-inqas livelli fl-istorja ta’ Malta

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru f’Ġunju li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’aktar minn disgħa fil-mija biex issa hemm jirreġistraw ftit aktar minn elf u sitt mija, li jfisser l-inqas ammont qatt irreġistrat kemm ilha tinġabar l-istatistika.

Ċifri pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus juru li matul Ġunju li għadda, il-persuni jfittxu xogħol naqsu b’aktar minn mija u sittin minn fuq iż-żewġ kotba tal-qgħad meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Il-qgħad naqas fil-kategorija kollha għajr fil-kategorija ta’ dawk li għandhom anqas minn 20 sena u dawk bejn il-25 u 29 sena.

L-NSO żied jgħid li l-akbar tnaqqis ta’ persuni qiegħda kien irreġistrat fost dawk li kienu ilhom jfittxu xogħol għal aktar minn sena.

Iċ-ċifri juru wkoll li matul Ġunju il-persuni b’diżabilità jfittxu impjieg naqbsu bi 68 oħra biex issa niżlu għal ftit aktar minn 200 ruħ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend