Macron bi kliem ta’ tifħir għal Muscat – One News

Notifiki

Macron bi kliem ta’ tifħir għal Muscat

It-tmexxija li offriet Malta quddiem każi diffiċli ta’ immigrazzjoni irregolari kienet innotata f’Pariġi meta l-President Franċiż, Emanuel Macron, għamel referenza ċara għal Malta u l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Wara laqgħa importanti dwar dan is-suġġett, li matulha kienu preżentati proposti għall-ġejjieni, il-President Macron insista li ma jistax ikun li l-ewwel pajjiż li jirċievi l-immigranti jibqa’ jġorr waħdu r-responsabbilta ta’ min ikun daħal.

Għalhekk radd ħajr lil dawk li dejjem urew solidarjeta, iżda iktar minn hekk taw il-fiduċja tagħhom fil-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. U kien hawn li semma l-Malta.

Jidher li waqt il-laqgħa l-President Franċiż Macron kiseb appoġġ minn diversi pajjiżi għal dak li qed jissejjaħ mekkaniżmu ta’ solidarjetà. Mekkaniżmu maħsub biex l-immigranti li jiksbu dritt li jibqgħu fl-Ewropea jinfirxu mal-kontinent.

Għalkemm s’issa, f’dan l-istadju bikri, mhumiex il-pajjiżi kollha li qed jagħtu l-barka tagħhom u fost dawk li qed jopponu hemm l-Italja.

Anke jekk dan il-pajjiż ra wasla wara oħra ta’ immigranti tul l-aħħar xhur.

Intant, Macron innota wkoll li kien hemm tnaqqis fuq ir-rotta tal-Mediterran meta mqabbel mal-2015 u tkellem dwar kif għalhekk ukoll l-Unjoni Ewropea għandha u tista’ tieħu rispons iktar effettiv.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend