Ħabta bejn mutur u karozza fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

Ħabta bejn mutur u karozza fiż-Żurrieq

Taljan ta’ 25 sena li joqgħod iż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fiż-Żurrieq.

Irriżulta li fit-2:50 a.m. tal-Erbgħa filgħodu, fi Triq Valletta, kien hemm ħabta bejn Ford Fiesta misjuqa minn Ingliż ta’ 19-il sena li joqgħod Marsaskala u mutur Honda misjuq mit-Taljan.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend