L-eks Sindku ta’ Tas-Sliema mhux ħati b’tixħim – One News

Notifiki

L-eks Sindku ta’ Tas-Sliema mhux ħati b’tixħim

Il-qorti tal-appell ma sabitx lill-eks sindku ta’ Tas-Sliema Nikki Dimech ħati b’tixħim u li inġurja u hedded xi uffiċjal pubbliku. Il-każ imur lura għal Settembru tal-2009 meta Dimech ġie akkużat li prova jieħu vantaġġ bil-pożizzjoni tiegħu biex jaqla’ persentaġġ ta’ flus minn fuq kuntratt.

Dimech kien ħareġ b’kollox 4 stqarrijiet b’verżjonijiet differenti, iżda fil-Qorti huwa appella biex dawn jiġu rtirati għaliex ma kellux preżenti avukat waqt li kien qiegħed jiġi interrogat.

Dimech kien diġà ġie illiberat minn kull akkuża mill-ewwel Qorti għaliex mill-2009 kien hemm bidla fil-liġi fejn l-avukat irid ikun preżenti waqt li akkużat jiġi interrogat.

Il-każ reġa’ nstema quddiem il-Qorti tal-appell minħabba li l-avukat ġenerali f’rikors talab li terġa’ tqis il-każ ta’ Dimech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend