Jinżamm arrestat wara li qatel kelb quddiem pulizija – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li qatel kelb quddiem pulizija

Leon Borg ta’ tnejn u għoxrin sena nżamm arrestat wara li qatel kelb quddiem pulizija.

Il-kaz ġara nhar il-Ħadd wara li omm l-akkużat ċemplet lill-pulizija wara li binha kien aggressiv possibbilment minħabba xi sustanza.

Quddiem il-pulizija huwa kiser il-mobile ta’ ommu, u ġabar il-kelb bandlu minn saqajh u sabtu ma’ mejda. Bil-kelb miet ftit wara minħabba l-grieħ serji li kellu.

Jirriżulta li r-raġel kiser zewġ sentenzi sospizi li kienu ngħataw fil-konfront tiegħu. Huwa inżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend