Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qiegħda tinforma lill-pubbliku li l-prodott Soybean paste with Seasoning tad-ditta Sempio m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-mustarda.
Dan minħabba l-possibilita ta’ preżenza mhux iddikjarata tal-mustarda.
Isem tal-prodott: | Soybean paste with Seasoning |
Ditta: | Sempio |
Piż: | 500g |
Data tad-durabbilità: | Id-dati kollha |
Numru tal-Lott: | Il-lottijiet kollha |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl
jew is-sit uffiċjali fuq
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.