Is-Soċjetà filarmonika Antoine De Paule ser tiżvela armar u xow ta' nar sinkronizzat isegwi | One News

Notifiki

Is-Soċjetà filarmonika Antoine De Paule ser tiżvela armar u xow ta’ nar sinkronizzat isegwi

Lejla li żgur mhux forsi m’għandu jitlef ħadd.

F’Raħal Ġdid illejla wara l-marċ brijjuż taż-żgħażagħ ser jinkixef pedestall tal-istatwa tal-fidi. Dan kien proġett li ġie fi tmiemu din is-sena fuq disimm artistiku ta’ Adonai Camilleri Cauchi. 

Fil-pjazza Antoine De Paule għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija  wara t-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Re fi Triq il-Lampuka ser jinkixef meravilja t’armar li huwa parti minn kullana t’armar li tul dawn l-aħħar snin is-soċjetà De Paule ħadmet sabiex dan l-armar jagħtu ġieħ lir-raħal.

Isegwihom ser ikun hemm xow ta’ nar sinkronizzat tal-mużika mad-DJ popolari Ryan Spiteri quddiem il-każin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend