Il-Gvern Amerikan bi proċess ġdid għad-deportazzjoni mingħajr bżonn ta' proċess tal-Qorti | One News

Notifiki

Il-Gvern Amerikan bi proċess ġdid għad-deportazzjoni mingħajr bżonn ta’ proċess tal-Qorti

Il-Gvern Amerikan introduċa proċess ġdid għad-deportazzjoni tal-immigranti, li mhux se jirrikjedi proċess fil-Qorti.

Bir-regolamenti l-ġodda, migranti li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa u li ma jistgħux jippruvaw li ilhom l-Istati Uniti minn tal-anqas sentejn, ikunu deportati.

L-Amministrazzjoni Trump mistennija tippubblika l-liġi l-ġdida b’mod formali t-Tlieta biex tidħol fis-seħħ minnufih.

Minkejja d-determinazzjoni tal-Gvern Amerikan, l-Assoċċjazzjoni Amerikana għall-Libertajiet Ċivili qalet li se tisfida l-liġi l-ġdida quddiem l-ogħa qrati tal-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend