Grupp ta’ riders Maltin tal-BMX jieħdu sehem fil-logħob tal-Ghetto – One News

Notifiki

Grupp ta’ riders Maltin tal-BMX jieħdu sehem fil-logħob tal-Ghetto

Riċentement grupp ta’ riders Maltin tal-BMX ħadu sehem f’sezzjoni oħra ta’ logħob magħruf tal-Ghetto li sar fil-Latvja. Huma ħadu sehem fil-kategorija pro, u din kienet l-ewwel darba li kollha kemm huma ħadu sehem f’kategorija simili għax Mathias Mangion, Nicky Schranz u Karl Naja qabel dejjem ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet tad-dilettanti.

Din kienet l-ewwel darba li Nicky Schranz u Miguel Triganza kkompetew barra minn pajjiżna, filwaqt li għal Mathias Mangion kienet it-tieni darba u għal Karl Naja kienet r-raba’ darba.

Din il-kompetizzjoni saret f’Ventspils, il-Latvja fejn kienet opportunità kbira grazzi għall-proġett Erasmus sport + li Malta BMX qed tagħmel mal-Logħob tal-Ghetto. Il-proġett jissejjaħ Medicine for Europe’s Ghettos.

Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi bħad-Danimarka, l-Iżvezja, il-Latvja u l-Estonja biex toħloq sett ta’ għodda li se jkun ippubblikat madwar l-Ewropa biex tgħin u tgħallem lin-nies kif jattiraw lit-tfal għal stil ta’ ħajja b’saħħitha u attività fiżika permezz ta’ sport fit-toroq. Sports bħal BMX, Skateboarding, 3v3 Basket Ball, Futbol fit-triq u iktar sport relatat mat-triq.

Dan il-festival tal-isport fit-toroq u ġab l-aqwa atleti minn madwar id-dinja fejn ikkompetew fil-Latvja biex juru dawn l-isports u fl-istess waqt jinkoraġġixxu lit-tfal isiru bħall-atleti li qed jaraw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend