Is-sħana li qed taħkem il-gżejjer Maltin jidher li qed tkompli ssaħħan l-irjus mhux biss f’Malta iżda wkoll f’Għawdex. Filmat li kiseb one.com.mt juri żewġt irġiel jiġu fl-idejn fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 p.m.
Xhieda fuq il-post li bagħtu l-filmat lil one.com.mt juri liż-żewġt irġiel iħebbu għal xulxin b’wieħed minnhom jidher jaħtaf xi ġebel mill-art u jgarah lil ieħor. Jidher li l-argument inqala’ bejn dilettant tal-festa u sid ta’ ħanut li hemm fl-istess pjazza. F’ħin minnhom iż-żewġ irġiel jidhru jitmegħku mal-art, b’raġel ieħor jipprova jferraqhom.