Boris Johnson elett kap tal-Partit Konservattiv u mistenni jinħatar il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit – One News

Notifiki

Boris Johnson elett kap tal-Partit Konservattiv u mistenni jinħatar il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit

Boris Johnson huwa l-mexxej i-ġdid tal-Partit Konservattiv Ingliż, u allura, il-Prim Ministru il-ġdid tar-Renju Unit.

Dan kien ikkonfermat it-Tlieta waranofsinhar hekk kif intemmet it-tellieqa bejn u bejn Jeremy Hunt għas-siġġu vakanti ta’ Theresa May.

Il-konferma tal-kariga ġdida ta’ Johnson ġiet ftit tal-minuti biss wara li Theresa May mexxiet l-aħħar laqgħa tal-Kabinett f’Westminster.

Johnson kiseb mal-65% tal-voti minn 159,000 membru tal-Partit. Il-kampanja damet għaddejja 46 jum.

Huwa kiseb aktar minn 92,000 vot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend