BIR-RITRATTI: dar f’Għawdex tinħakem min-nirien qawwija – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: dar f’Għawdex tinħakem min-nirien qawwija

Dar fix-Xagħra Għawdex inħakmet min-nirien qawwija.

One.com.mt huwa nfurmat li l-inċident seħħ fi Triq Parisott għall-ħabta tat-20:30 ta’ filgħaxija.

Sorsi fuq il-post qalulna li immedjatament issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li għadhom jikkontrollaw in-nirien s’issa, flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku.

Jidher li n-nirien bdew minn garaxx tar-residenza.

Għalkemm kien hemm xi nies fir-residenza waqt il-ħruq, fortunatament ħadd ma ndarab waqt dan l-inċident.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend