ARA: Inawgurat ċentru għall-ħarsien tat-tfal b’investiment ta’ €350,000 – One News

Notifiki

ARA: Inawgurat ċentru għall-ħarsien tat-tfal b’investiment ta’ €350,000

B’kobor ta’ 477 metru kwadru nfetaħ iċ-ċentru tal-ħarsien tat-tfal Dawra Durella fin-Naxxar.

L-investiment li sar kien jammonta għal €350,000, b’€83,000 minnhom ġejjin minn fondi Ewropej għad-diversifikazzjoni.

Iċ-ċentru jiflaħ massimu ta’ 100 tifel u tifla bejn l-età ta’ tlett xhur u tlett snin, filwaqt li jħaddem 25 persuna.

Għoxrin fil-mija tal-ispazju huwa żona miftuħa, u ċ-ċentru huwa mibni b’tali mod li t-tfal jgħaddu minn żoni differenti li jgħinuhom fl-iżvilupp tagħhom.

L-inawgurazzjoni saret fil-preżenza tal-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend