Żewġ kanditati b’diżabilità jitilgħu fil-Parlament Ġappuniż – One News

Notifiki

Żewġ kanditati b’diżabilità jitilgħu fil-Parlament Ġappuniż

Żewġ persuni b’diżabilità fil-Ġappun il-Ħadd rebħu siġġu fil-Parlament Ġappuniż. Il-midja Ġappuniża qiegħda tirraporta li dan huwa sinjal li l-attitudni fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità qiegħda tinbidel f’dan il-pajjiż. Meta fil-passat persuni b’diżabilità ma kinux mħeġġa jieħdu sehem b’mod attiv f’dak li jiġri f’pajjiżhom. 

Wieħed minn dawn il-persuni huwa Yasuhiko Funago, huwa viċi president ta’ kumpanija li tipprovdi kura lill-anzjani u pazjenti. Huwa għandu l-kundizzjoni ta’ Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) li eventwalment twassal biex min ikun ibati minnha jitlef il-kontroll tal-maġġoranza tal-muskoli tiegħu.

L-assoċjazzjoni tal-ALS Ġappuniża sosniet li s’issa qatt ma kien hemm ħadd li serva fil-Parlament Ġappuniż u li għandu l-ALS.

Il-kanditat l-ieħor huwa Eiko Kimura, li għandu cerebral palsy. It-tnejn jifformaw parti minn the Reiwa Shinsengumi, partit żgħir li jinsab fl-oppożizzjoni.

Waqt il-kampanja elettorali kemm Funago u Kimura qalu li se jaħdmu biex isiru riformi edukattivi sabiex tinħoloq soċjetà biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.

Fit-tellieqa f’din l-elezzjoni kien hemm Rie Saito, li tilfet is-smigħ sa minn meta kienet żgħira. Hija kienet kanditata f’isem l-akbar partit fl-oppożizzjoni, il-partit Kostituzzjonali u Demokratiku Ġappuniż.

Kieku tellgħet kienet tkun l-ewwel persuna nieqsa mis-smigħ fil-Parlament Ġappuniż wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna qalu li l-elezzjonijiet tal-Ħadd urew li qed iseħħ bidla fil-qasam tad-diżabbilità fil-Ġappun imma għad hemm lok għal bidla akbar.

Ritratt: Reuters

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend