Ukrajna: Il-Partit ta’ Zelensky jirriafferma l-poplarità tiegħu fl-elezzjonijiet – One News

Notifiki

Ukrajna: Il-Partit ta’ Zelensky jirriafferma l-poplarità tiegħu fl-elezzjonijiet

Mir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru lbieraħ ġewwa l-Ukrajna, il-partit tal-President Volodymr Zelensky, jidher li qed igawdi minn vantaġġ kbir fuq l-opponenti tiegħu. 

Meta dan ir-riżultat jiġi kkonfermat, Zelensky ikun afferma l-poter tiegħu fil-pajjiż.

B’dan ir-riżultat il-President Ukren se jkollu maġġoranza parlamentari u b’hekk ikun jista’ jifforma Gvern sabiex iwettaq riformi li wiegħed qabel l-elezzjoni presidenzjali f’April li għadda u li l-poplu eleġġih għalihom.

Il-preżenza ta’ Zelensky, fix-xena politika Ukrena jidher li tat xaqq ta’ dawl lil dan il-pajjiż li qed jesperjenza kunflitt u anke intmidazzjoni mill-pajjiż ġar tiegħu, ir-Russja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend