Seba’ snin ħabs għas-suspettat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia dwar l-attentant ta’ hold up fil-Gżira – One News

Notifiki

Seba’ snin ħabs għas-suspettat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia dwar l-attentant ta’ hold up fil-Gżira

John Paul Woods ta’ 39 sena ġie kkundannat seba’ snin ħabs wara li t-Tnejn filgħodu tressaq il-Qorti mixli bl-attentat ta’ hold-up minn ħanut fil-Gżira bħal-lum tmint ijiem.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, Woods ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Woods, imwieled l-Ingilterra ilu jgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar snin.

L-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Jonathan Ransley xlew lil Woods li għamel ir-reat bi vjolenza, li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr liċenzja u li ħebb għal membri tal-Korp tal-Pulizija. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest dwar żewġ każijiet oħra.

Woods huwa wkoll is-suspettat ewlieni bil-qtil ta’ Charlene Farrugia ta’ 25 sena ħdax il-sena ilu.

Huwa ta ħjiel u informazzjoni dwar l-għajbien ta’ din it-tfajla fis-7 ta’ Novembru tal-2008 ftit wara li ġie arrestat b’rabta mal-attentat ta’ hold-up.

One.com.mt jinsab informat li huwa għarraf lill-Pulizija bil-post fejn allegataent ħeba l-katavur ta’ Farrugia f’għar fis-swar tal-Floriana. Post li fl-imgħoddi kien jintuża bħala parkeġġ taħt dik li kienet il-venda tal-karozzi tal-linja.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu li Woods mistenni jitressaq il-qorti dwar l-omiċidju ta’ Farrugia ladarba jintemmu l-eżamijiet forensiċi jikkonfermaw l-identità tal-fdalijiet misjuba.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend