Raquel Xuereb u Albert Borg jirbħu s-Silver Cup fil-bowling – One News

Notifiki

Raquel Xuereb u Albert Borg jirbħu s-Silver Cup fil-bowling

Raquel Xuereb iddominat din il-kompetizzjoni mil-bidu sa l-aħħar hekk kif wara li kkwalifikat fl-ewwel post, spiċċat fl-ewwel post wara r-rawnd Robinfejn tilfet biss kontra ż-żagħzugħa ta’ 13-il sena, Kathryn Fenech.  

Fenech, li kkwalifikat fit-tieni post, spiċċat fit-tielet post wara li tilfet kontra Liliana Spiteri li lagħbet logħba sabiħa ferm ta 232.

Spiteri ma rnexxiliex iżomm l-istess ritmu fil-finali kontra Xuereb, biex Xuereb ħarġet rebbieħa meritament wara tournament mil-aqwa.

Kyle Camilleri hareg sparat mill-ewwel logħba ta’ 246, u żamm fuq quddiem b’medja fantastika taż 217 biex daħal għar-round robin b’vantaġġ tajjeb fuq kulħadd.

Iż-żagħżugħ Julian Baldacchino li daħal għar-rawnd Robin fil-ħames post, kellu wirja stupenda fejn rebaħ il-ħames logħbiet diretti u spiċċa fit-tieni post quddiem Albert Borg li daħal fit-tilet post. Fis-semi finali, Borg għeleb lil Baldacchino b’distakk minimu ta 2 pins, u b’hekk ried jilgħab il-finali kontra Camilleri.

Borg rebaħ l-ewwel logħba 239-195, imbagħad fid-decider reġa’ għeleb lil Camilleri 162 kontra 154, biex rebaħ l-ewwel tournament tiegħu.

Nicolai Mallia ta’ 9 snin li spiċċa fir-raba’ post fejn lagħab ukoll l-ogħla logħba personali tiegħu ta’ 204

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend