Kważi erba’ xhur mit-tmiem tal-mandat tiegħu fit-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker beda bis-seba’ żjara uffiċjali tiegħu f’pajjiżna.
Huwa ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-Minsitru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea merħba uffiċjali quddiem il-Berġa ta’ Kastilja minn stakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aktar tard huwa kellu laqgħat bilaterali f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Dr Muscat stqarr li din mhux l-ewwel darba li Juncker jinsab f’pajjiżna u sostna li Malta bħala l-iżgħar pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea dejjem kienet pro-attiva u pożittiva. Qal ukoll li Malta dejjem tara li tkun parti mis-soluzzjoni u mhux mill-problema.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker stqarr li fl-aħħar ħames snin huwa ħadem tajjeb ħafna ma’ Malta u faħħar it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif fi kliemu wasslet sabiex ġew solvuti bosta sfida.
Huwa żied jiddikajara li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea qatt ma kienu daqshekk b’saħħithom.
Huwa faħħar ukoll lill-kummissarju Ewropew Malti Karmenu Vella għax-xogħol li wettaq fl-aħħar ħames snin.