Il-Pulizija Pollakka arrestat madwar 25 persuna wara li attakkaw numru ta’ attivisti tal-LGBTIQ f’marċ favur l-ugwalzjana fil-Polonja.
Il-Partit Konservattiv qal li dawn in-nies huma ta’ theddida għall-valuri tradizzjonali tal-Polonja.
Diversi filmati li ġew imxerda fuq il-midja soċjali wrew diversi nies lebsin gerijiet tal-futbol jattawk lil dawn l-attivisti filwaqt li għajruhom b’kliem dispreġjattiv kontra l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Jidher li dan ma kienx l-ewwel każ ta’ attakk għaliex is-sena l-oħra fil-belt ta’ Lublin numru ta’ rġiel attakkaw lill-attivisti tal-LGBTIQ waqt marċ, fejn il-pulizja kellha tintervjeni b’gass tad-dmugħ.