Il-midja tal-Partit Nazzjonalista ilha żmien tuża r-rotta tas-Central Link biex tattakka l-Gvern minħabba l-isfida tat-traffiku.
Iżda, għaliex issa l-gvern se jtellaq proġett maġġuri biex jindirizza t-traffiku f’din iż-żona, il-Partit Nazzjonalista ħareġ qatta’ bla ħabel kontrih.
L-ikbar ironija li l-ikbar attakki bil-midja tal-PN ġew fi żmien li kien imexxi l-Partit Simon Busuttil, l-istess bniedem li issa ħareġ kontra li tkun indirizzata din l-isfida. waħda li għal ħafna xhur fis-sena tkun imwaħħla f’ħinijiet kruċjali tal-ġurnata. Tant li l-Partit Nazzjonalista kien jagħżel lilha meta kien irid iwassal il-messaġġ li hemm bżonn isir xi ħaġa.
Iżda, ir-rotta t-traffikuża ma tiqafx hawn kif jixhdu dawn il-filmati li kien xandar l-istess Net News. Iktar ma tinżel ’l isfel iktar jikber il-bżonn li ssir xi ħaġa.
Bil-proġett tas-Central Link dak li kien issemma f’dan il-filmat huwa għalkollox indirizzat.
In-nies f’dawn ir-rotot mhux se jibqgħu jużaw l-istess triq li tidjieq b’mod li żżid l-uġigħ ta’ ras għal dawk kollha li jkunu sejrin lejn ix-xogħol.
Nies ħafna drabi ffrustrati kif jidher minn kliemhom stess.
Huma dawn is-sitwazzjonijiet li s-Central Link se jindirizza b’mod li l-kwalità tal-ħajja ta’ eluf ta’ persuni se titjieb. Għax inqas ħin fit-traffiku jfisser iktar ħin mal-familja.
Titjieb ukoll il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li joqogħdu fil-qalba tal-irħula bħal Ħal Balzan u Ħ’Attard li jaraw ammont kbir ta’ karozzi ta’ dawk li jkunu jridu jevitaw is-sitwazzjoni li rajna f’dan il-filmat biex imbagħad jeħlu fit-toroq dojoq fiċ-ċentru tar-raħal.
U ladarba bil-proġett jonqos it-traffiku jonqsu wkoll l-emissjonijiet, biex ir-residenti, dawk li jsuqu r-roti f’kilometri ta’ korsiji maħsuba apposta u kulħadd igawdi kwalità ta’ arja aħjar.