Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jerġgħu jirbħu fit-'Time Trial' tal-2019 | One News

Notifiki

Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jerġgħu jirbħu fit-‘Time Trial’ tal-2019

Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmukompla lbieraħ bit-tieni tiġrija minn 3 kontra l-ħin fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass tal-Mtarfa. Suċċess ieħor għaċ-ċiklisti tat-Team Greens fejn Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina reġgħu rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite

Fil-fatt Etienne Bonello għamel it-tmien dawriet tiegħu f’30:46.20. Warajh spiċċaw rispettivament Mark Zammit ta’ Mosta AF Sign Studio CC li għamel ħin ta’ 31:09.49. It-tielet spiċċa Clive Ebejer tat-Team Greens CC f’31:10.12.

Suċċess komplet għat-tim Greens li komplew jiddominaw il-kategorija Femminili fejn għal darb’oħra ttrijonfat Marie Claire Aquilina meta hija għamlet it-tmien dawriet tagħha f’ħin ta’ 33:43.37. Hija kienet segwita minn sħabha Lara Buttigieg u Michelle Vella Wood f’ħinijiet rispettivi ta’ 35:25.52 u 39:31.79.

Il-Kategorija tal-Under 23 reġgħet intrebħet minn Bernard Sant ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’ħin ta’ 32:31.42. Warajh spiċċa għal darb’oħra Brandon Sultana ta’ Gozo CC (33:35.33) u Isaac Spiteri ta’ The Cyclist (34:12.79).

Luke Borg ta’ The Cyclist irrepeta s-suċċess tiegħu tal-ewwel tiġrija, meta rebaħ anke t-tieni waħda fil-Kategorija tal-Juniors f’ħin ta’ 33:51.96. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Max Zammit (35:22.94) u Sean Enriquez (35:23.28).

Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet għal darb’oħra minn Ivan Zammit ta’ B’Kara St. Joseph SC f’32:34.88. Huwa kien segwit minn Nicholas Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC (33:22.34) u Malcolm Cachia ta’ Agones SFC (33:36.24).

Il-Kategorija Maskili tal-Under 16 rat suċċess komplet miċ-ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, bir-rebbieħ ikun Matthew Galea Pirotta li temm is-6 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 25:30.11. Warajh daħlu sħabu Jacob Schembri (25:49.11) u Michael Sean Darmanin (28:56.46). Kristina Spiteri ta’ The Cyclist (29:00.67) rebħet l-istess kategorija Femminili.

Il-Kategorija Maskili tal-Under 14 intrebħet għal darb’oħra minn Miguel Galea ta’ The Cyclist CC li spiċċa l-4 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 17:37.06. Warajh spiċċa sieħbu Kai Azzopardi (19:18.60) u Luca Vella ta’ B’Kara St.Joseph SC (20:22.08). Hannah Dandria ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebħet l-istess kategorija Femminili f’ħin ta’ 21:08.09.

Il-Kategorija tas-Subien Under 12 reġgħet intrebħet minn Jonas Micallef ta’ Mosta AF Sign Studio CC li għamel id-dawra tiegħu f’05:15.00. Warajh spiċċaw Keith Sultana ta’ Gozo CC f’05:22.00 u Luca Teuma ta’ Mosta AF Sign Studio CC (05:35.00). L-istess Kategorija tat-Tfajliet intrebħet minn Kate Vella tat-Team Greens f’08:08.00.

Fi tmiem it-tiġrijiet, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għamlu l-premjazzjoni tal-medalji lir-rebbieħa.

It-tiġrija li jmiss ser tkun nhar is-Sibt li ġej 23 ta’ Lulju 2019 fis-6.00pm, it-tielet u l-aħħar waħda minn 3 tal-Kampjonat Time Trial f’San Martin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend