Clifton Attard ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq il-Qorti akkuzzat li hedded, iffastidja u bl-imġieba tiegħu kkaġuna lil ġenituri tiegħu biża’ li se tintuża vjolenza kontrihom, mingħajr ma sawwat jew darab lilhom.
Il-prosekuzzjoni imexxija mill-ispettur Christina Delia qalet li l-akkuzzat għandu problema finanzjarja minħabba li l-ħin kollu jrid il-flus sabiex ikun jista jiffinanzja l-vizzju tad-droga. Huwa kien qiegħed imur kull darba għand il-ġenituri tiegħu jitlobhom il-flus u jheddidhom. Iżda dawn ma felhux iktar.
Attard huwa ricediv u wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu. Huwa qal li m’għandux impjieġ.
Il-Maġistrat Natasha Galea Scibberas ordnat sabiex jinżamm arrestat. Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata fil-5 ta’ Awwissu. Bil-Maġistrat widbet lill-akkużat sabiex jaħseb ftit biex itejjeb ħajtu u jieqaf jabbuzza mid-droga.