Koppja Rumena tressqu l-Qorti akkuzzati b’għadd ta’ serqiet fix-xahar ta’ Lulju minn Valyou supermarket fil-Mellieħa.
Marius Stefan ta’ 40 sena u Cristina Zainea ta’ 33 sena, tressqu l-Qorti akkuzzati li fid-19 ta’ Lulju qabduhom jisirqu affarijiet mis-supermarket. Daħlu f’karozza, bidlu l-ħwejjeġ u ħarbu. Għalkemm xi nies segwew lill-akkużati u ġew arrestati.
Huma gew akkużati li fil-5 u 12 ta’ Lulju ukoll serqu mill-istess supermarket.
Marius Stefan, li huwa riċediv, ġie akkuzat ukoll li daħal f’Malta mingħajr il-permess mill-uffiċju mill-Prinċipali tal-Immigrazzjoni.
Fl-awla, il-koppja bdew jitgħannqu u jitbewsu sakemm bdiet is-seduta. Bit-tfajla dehret tibki.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri.
Marius Stefan ma riedx iwieġeb dwar x’impjieġ għandu. Huwa wieġeb mhux ħati.
Cristina Zaniea ukoll ma riditx tgħid x’taħdem. Hija wieġbet ħatja.
Il-Magistrat Natasha Galea Scibberras ordnat li l-mara tingħata sentenza 18-il xahar ħabs sospiża għal tlett snin wara li sabet lil mara ħatja.
Fl-awla l-istess il-mara irritornat 86 ewro, parti mill-amont tas-serqa li serqu.
Il-Maġistrat Galea Sciberras ordnat li Marius Stefan jinżamm arrestat.