BIL-FILMAT: Jgħidu li ta' Busutill qegħdin jattakkaw ir-rule of law | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jgħidu li ta’ Busutill qegħdin jattakkaw ir-rule of law

Il-fazzjoni Delia akkużat lil fazzjoni Busuttil li qegħda tattakka r-rule of law u d-demokrazija.

Il-fazzjoni Busuttil fuq quddiem nett, il-membru tal-eżekuttiv u l-eks kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo u l-eks President tal-eżekuttiv Mark Anthony Sammut qegħdin jilmentaw li terz tal-lista tal-kunsilliera, eleġibbli li jivvutaw nhar is-Sibt fil-Kunsill Ġenerali, ġiet imbgħabsa mill-aministrazzjoni Nazzjonalista.

Eleġibbli li jivvutaw dwar il-futur tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista hemm 1,500 kunsillier.

Bil-fazzjoni Busuttil qegħda targumenta li ġew imbgħabsa 500 isem ta’ kunsillier, minn lista ta’ 1,500 kunsillier.

Il-fazzjoni Busuttil qegħda tilmenta li l-Partit Nazzjonalista mhux itihom il-lista aġġornata tal-kunsilliera eleġibbli li jivvutaw nhar is-Sibt.

Mark Anthony Sammut qiegħed jilmenta li l-fazzjoni Busuttil, li trid li Delia jiġi sfiduċjat minn Kap Nazzjonalista, għadhom ma rċivewx il-lista tal-kunsilliera eleġibbli li jivvutaw.

Sammut qal li l-lista li rċivew fiha lokalitajiet u numru ta’ karti tal-identità nieqsa u l-lista tidher li mhux kompluta.

Iżda l-fazzjoni Delia, l-amministrazzjoni Nazzjonalist wieġbet lil fazzjoni Busuttil.

Il-fazzjoni Delia qalet li l-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali qed titmexxa b’regoli stabbiliti mill-istatut tal-partit.

“Għaldaqstant kull attentat biex ikisser jew inaqqas il-kredibbiltà u l-leġittimità ta’ proċess elettorali serju li qed isir skont ir-regoli u r-rule of law mhu xejn għajr attakk fuq proċess demokratiku u trasparenti ” qalu in-nies leali lejn Adrian Delia.

Akkużaw lil fazzjoni Busuttil li bl-allegazzjonijiet infondati qegħdin jimminaw proċess demokratiku skont l-istatut tal-partit. Akkuzzawhom li qegħdin joħolqu tensjoni żejda u li għaliha jridu iġorru r-responsabbiltà.

Fl-istqarrija l-fazzjoni Delia ċaħdet li saru tibdiliet fil-membri tal-Kunsill Ġenerali.

Iżda ftit wara, l-klikka ta’ Delia qalu li saru t-tibdiliet kollha fil-Kunsill Ġenerali skont kif mitlub mill-Istatut jew b’elezzjonijiet demokratiċi, li r-rule of law titlob li r-riżultat tagħhom jiġu rispettati.

Bl-użu tal-kelma rule of law, il-fazzjoni Delia qegħda tattakka lill-eks Kap Simon Busuttil, id-Deputat Jason Azzopardi u Karol Aquilina u David Casa li jkunu dejjem fuq quddiem nett jattendu protesti u jippruvaw jippriedkaw fuq ir-rule of law.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend