Inawgurat mafkar ta’ Dun Salv Galea fiż-Żejtun – One News

Notifiki

Inawgurat mafkar ta’ Dun Salv Galea fiż-Żejtun

Mafkar f’ġieħ Dun Salv Galea ġiew inawgurat is-Sibt ġewwa ż-Żejtun mill-President ta’ Malta l-E.T. George Vella. Waqt din l-istess attività tnieda wkoll ktieb dwar Dun Salv Galea.

Dun Salv Galea għex bejn l-1925 u l-2007.  Huwa imfakkar bħala saċerdot li ta ħajtu għall-formazzjoni taż-żgħażagħ fiż-Żejtun. Dan il-mafkar sar fuq inizzjattiva tal-grupp ex-Żgħażagħ Żejtun ta’ Dun Salv Galea flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Permezz ta’ dan il-mafkar, il-ħidma ta’ dan is-saċerdot ser tibqa imfakkra maż-Żwieten kollha.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Ministri Carmelo Abela u Owen Bonnici.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend