Aktar minn 44,770 siġra u arbuxelli se jitħawlu madwar Malta | One News

Notifiki

Aktar minn 44,770 siġra u arbuxelli se jitħawlu madwar Malta

Fix-xhur li ġejjin, 44,773 siġra u arbuxelli ser jitħawlu f’żoni differenti f’Malta. F’dan il-proġett li se jkun wieħed importanti għall-ambjent f’pajjiżna, se jkunu qed jitħawwlu siġar indiġeni.

Fost il-postijiet fejn se jsiru dawn il-proġetti ta’ afforestazzjoni hemm Kemmuna, Wied Għomor, Wied tal-Ġnejna, Wied tal-Mistra, Ġnien il-Mediterran, Inwadar u Bengħajsa.

Dawn l-44,773 siġra u arbuxelli se jkunu qed jitqassmu hekk:

  • Kemmuna – 9,000
  • Wied il-Għomor – 4,496
  • Inwadar (San Anard) – 900
  • Ġnien tal-Mediterran – 13,557
  • Bengħajsa – 8,000
  • Wied tal-Ġnejna – 4,120

Dawn iż-żoni huma mifruxa f’żoni differenti madwar Malta, li se jkomplu jsebbħu lil pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend