Il-Pulizija f’Venezja mmultati żewġ turisti Ġermaniżi li nqabdu jagħmlu l-kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto.
It-turisti ta’ 32 u 35 sena, ġew mmultati total ta’ €950 talli ppreparaw tazza kafè fuq cooker.
Huma ntalbu wkoll jitilqu mill-belt.
Venezja introduċiet liġi dwar serje ta’ reati ta’ ordni pubblika inkluż picnics f’ċerti siti u anke l-ilbies fis-spazji pubbliċi.
Is-sindku ta’ Venezja, Luigi Brugnaro qal: “Venezja trid tkun rispettata u t-turisti jridu jifhmu dan”.