Wara r-riżultat jibdew jagħżlu t-triq | One News

Notifiki

Wara r-riżultat jibdew jagħżlu t-triq

Hekk kif fil-bidu tal-ġimgħa waslu r-riżultat tal-O u l-A levels bosta studenti issa qed jaffaċjaw deċiżjoni kbira f’ħajjithom. Avukat, Tabib, Għalliem, xogħol tas-sengħa,  dawn huma biss ftit mill-għażliet li għandhom quddiemhom dawn l-istudenti.   Il-fiera ‘I Choose’ imtella’ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni tagħti l-opportunità lill-istudenti li jżuruha sabiex jaraw aħjar l-għażliet kollha li għandhom u f’liema istituzzjoni jixtiequ li jkomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom. 

Dorianne Gravina, Uffiċjal Edukattiv fil-qasam tal-gwida għall-karrieri saħqet kif bosta studenti li attendew għall-fiera setgħu jingħataw informazzjoni b’mod individwali.

“Ħafna drabi dawn l-istudenti jkunu indeċiżi.  Ma jkunux jafu eżattament x’se jagħmlu.  Din hija normali, għadhom żgħar.  Anke l-ġenituri ħafna drabi jkunu naqra mħawdin ukoll  x’se jagħżlu t-tfal tagħhom.  Hawnhekk għandhom l-opportunitá wkoll biex jitkellmu fuq livell individwali ma’ professjonisti biex jigwidawhom iktar fuq x’jistgħu jagħmlu, t-toroq differenti li jeżistu.”

Waqt li żorna l-fiera tkellimna ma’ xi studenti, ilkoll b’xi aspirazzjoni interessanti f’ħajjithom.

Nicole Penza qalet: “Relieved ħafna li issa ħarġu r-riżultati għax ovjament tkun qed tistennihom bil-ħerqa.  Jien nixtieq inkompli fuq l-IT u naħseb illi iva, affrijiet bħal dawn jgħinuni biex inkun nista’  nagħżel x’suġġetti nixtieq inkompli fuqhom u jtuk idea iżjed ċara ta’ dak li trid tkompli fuqu.”

Waqt li Martina Zarb qalet: “Proud ħafna b’dak li rċivejt jiena u iktar imħajra għall-turiżmu u l-ITS imma.  Imnalla niġi hawnhekk għax kieku qass inkun naf fejn sejra u allura iktar nara x’tip ta’ opportunitajiet għandi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend