Pellegrinaġġ fil-Balluta fl-okkazjoni tal-160 sena mill-wasla tal-istatwa titulari – One News

Pellegrinaġġ fil-Balluta fl-okkazjoni tal-160 sena mill-wasla tal-istatwa titulari

Il-Ġimgħa filgħaxija, fl-okkazzjoni tal-160 anniversarju mill-wasla tal-istatwa Titulari tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta sar pellegrinaġġ mat-toroq tal-istess lokalità.

Din l-istatwa waslet fil-Balluta fl-1859, u din l-istatwa hija waħda hija meqjusa bħala waħda mill-ewwel għaxar statwi li ġew f’pajjiżna. Propjament, din l-istatwa hija s-sitt l-eqdem statwa titulari f’Malta u f’Għawdex.

Dan il-pellegrinaġġ tmexxa mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, fejn l-istatwa daret mat-toroq tal-Balluta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend