L-ammont ta’ nies li qed jieħdu ħsieb is-saħħa sesswali jiżdied b’erba’ darbiet – One News

Notifiki

L-ammont ta’ nies li qed jieħdu ħsieb is-saħħa sesswali jiżdied b’erba’ darbiet

Ċifri li ONE News kiseb mill-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei, juru li d-diversi kampanji li saru tul is-snin biex iżidu l-għarfien dwar l-importanza li wieħed jieħu ħsieb is-saħħa sesswali tiegħu, qed iħallu l-frott.

Filwaqt li fl-2008 kienu madwar 2,500 li rifsu l-għatba ta’ din il-klinika, fl-2018, dan in-numru tela’ għal 10,000.

L-istatistiċi tul is-snin juru li l-maġġoranza ta’ dawk li jmorru l-GU Clinic ikollhom bejn ħamsa u għoxrin u tletin sena, għalkemm imorru wkoll numru ta’ persuni taħt it-tmintax-il sena, kif ukoll anzjani ta’ aktar minn ħamsa u sittin sena.

It-tabiba Valeska Padovese – li tmexxi l-GU Clinic – spjegat it-tipi differenti ta’ testijiet li jsiru fil-klinika.

Hija qalet: “We have to distinguish the type of infection we test for, we usually take blood for HIV, shypllis, Hepatitis B, Hepatitis C, Hepatitis A. According to the sexual history, gender, sexual orientation, we can take a vaginal swab or a sample of urine in the man, and we test for infection like chlamydia, gonorea or plasma generatarium.”

Padovese saħqet li l-kunfidenzjalità hija priorità, fejn fil-klinika li tmexxi, ma tintalab l-ebda dokumentazzjoni u pazjent ikun reġistrat b’numru minflok b’ismu.

Innutat li tmenin fil-mija tal-pazjenti li jkollhom infezzjoni – anki jekk żgħira u kurabbli bl-antibijotiċi – ma jkollhomx sintomi.

Dawk li jkollhom, ivarjaw skont il-gravità tal-infezzjoni.

Hija qalet: “When symptoms are present, they can be, in a man, a burning sensation when urinating, or discharge tisfija bil-Malti, or testicular pain. In a girl, you can have a vaginal discharge that can change according to the period, a change in colour or bleeding after sex or in between the period spotting can be a sign of a sexual transmitted infection.”

Filwaqt li qalet li bosta kampanji u miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin qed iħallu l-frott għaliex aktar nies qed jieħdu ħsieb is-saħħa sesswali tagħhom, tenniet li s-suġġett xorta għadu tabù għal ħafna, u hemm bżonn aktar għarfien dwar l-importanza tal-użu tal-protezzjoni.

“Sexual health is about the well-being and health of a person so it should be a topic that we should normally discuss without stigma.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend