L-Air Malta tiċċara għala intervjeniet qabel u mhux issa | One News

Notifiki

L-Air Malta tiċċara għala intervjeniet qabel u mhux issa

L-għada li 280 tifel u tifla minn tliet nurseries Maltin baqgħu b’xiber imnieħer, wara li għat-tieni darba f’ġimgħa, ajruplan privat li suppost wassalhom lejn id-destinazzjoni tagħhom m’onorax l-obbligi tiegħu, l-Air Malta qalet li ppruvat tagħmel dak kollu possibbli biex twassalhom lejn id-destinazzjoni tagħhom.

Iżda li kieku l-Air Malta intervjeniet u wasslet lil dawn it-tfal fid-Danimarka, kien ikollha topera tmien titjiriet – 4 bil-passiġġieri, u 4 vojta.

Fi stqarrija s-Sibt, il-linja tal-ajru Maltija qalet li sfortunatament, ma kellhiex ajruplani biżżejjed biex tagħti dan is-servizz, u ma setgħetx tikkomprometti titjiriet diġà ppjanati b’mijiet ta’ passiġġieri li ħallsu l-biljetti tagħhom.

L-Air Malta kompliet tispjega li saritilha talba minn rappreżentat ta’ wieħed mill-klabbs tal-futbol inkwistjoni biex topera 4 titjiriet lejn id-Danimarka u 4 oħra lura, wara li l-pjanijiet oriġinali mal-operatur privat ma seħħewx.

L-Air Malta saħqet li l-intervent tagħha aktar kmieni din il-ġimgħa biex ġabet lura Malta 142 Malti – ħafna minnhom tfal – mid-Danimarka, seħħ biex inġiebu lura qawwijin u sħaħ dawn il-Maltin li tħallew maqbuda f’pajjiż ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend