Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda jikkumplimenta l-approċċ kostruttiv ta’ Malta biex jiġi ffaċilitat id-djalogu fil-Mediterran – One News

Notifiki

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda jikkumplimenta l-approċċ kostruttiv ta’ Malta biex jiġi ffaċilitat id-djalogu fil-Mediterran

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela attenda għal High-Level Political Forum ġewwa New York, li ltaqa’ taħt il-patroċinju tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, il-pjattaforma ċentrali tal-Ġnus Mgħaquda għar-riflessjoni, djalogu u ħsieb innovattiv fuq l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Ministru Abela kien milqugħ mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Mgħaquda Antonio Guterres. Il-laqħa serviet bħala opportunita’ biex jiġu diskussi kwistjonijiet sinifikanti globali u reġjonali, li jinkludu is-sitwazzjoni kurrenti fil-Libja. Is-Segretarju Ġenerali qasam it-tħassib ta’ Malta u rrispetta l-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-migrazzjoni. Il-Ministru esprima diżappunt rigward il-fatt li l-isforzi internazzjonali s’issa ma rnexxilomx iġibu l-poplu Libjan flimkien. Is-Segretarju Ġenerali kkumplimenta l-approċċ kostruttiv ta’ Malta u li l-approċċ li jibni l-pontijiet biex jgħin id-djalogu fil-Mediterran.

Il-Ministru Abela rrimarka wkoll li waqt il-High-Level Political Forum tas-sena li għaddiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin kien wassal ir-Reviżjoni ta’ Malta, li enfasizzat il-progress tal-iżvilupp sostenibbli nazzjonali lejn l-aġenda tal-2030.

Fid-diskors ta’ din is-sena, il-Ministru Abela enfasizza l-insegwiment kontinwu ta’ politikasoċjo-ekonomika li tindirizza l-benesseri tas-soċjeta’ in ġenerali, filwaqt li faħħar l-avvanzar ta’ Malta għat-28 post minn 162 pajjiż fejn jidħol il-progress tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Huwa qal ukoll li dan jirrikonoxxi l-azzjoni kollettiva ta’ Malta fit-triq għal aktar sostenibbilta’.

Il-Ministru Abela tkellem ukoll fuq is-sistema edukattiva ta’ Malta, li qed tara nuqqas ta’studenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, u żieda fejn jidħlu studenti li qed jigradwaw, kif ukoll l-isforzi li qed isiru biex nies li huma dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali jsiru attivi fis-suq tax-xogħol.

It-takkbir tal-impjiegif’Malta jibqa’ wieħed mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-qgħad taż-żgħażagħ u l-inugwaljanzi fid-dħul jinsabu taħt il-medja Ewropea.

It-tibdil tal-klima tibqa’ waħda mill-aktar sfidi kbar fid-dinja tal-lum. Il-Ministru Abela żied jgħid li Malta qed timplimenta miżuri li jimmitigaw l-emmissjonijiet u jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet, billi jiddiversifikaw l-enerġija u r-riżorsi tal-ilma.

Il-Ministru Abela kellhu laqgħa wkoll ma’Miguel Angel Moratinos, ir-Rapreżentattiv Għoli għall-Alleanza tal-Ġnus Magħquda għaċ-Ċiviltajiet, fejn ġew diskussi numru ta’ kwistjonijiet ta’ interess reċiproku b’attenzjoni speċjali fuq l-irwol ta’ Malta bħala ċavetta biex jinqasmu ċ-ċiviltajiet tal-kultura.

Apparti hekk, il-Ministru pparteċipa wkoll f’laqgħa kordjali u introduttorja ma’ Prof. Muhammad-Bande, il- President Elett tal-74 sessjoni tal-Assemblea tal-Ġnus Mgħaquda, li ser issir ġewwa New York Settembru li ġej.

Il-Ministru Abela rrimarka li Malta, bħala waħda mill-15 il-Viċi-Presidenti tal-Bureau Plenarju waqt l-Assemblea Ġenerali li jmiss, tinsab ħerqana biex tindirizza diversi fatturi ta’ stabbilta’ ġewwa l-Afrika u r-reġjun immedjat ħalli jitrażżnu l-isfidi fejn tidħol il-migrazzjoni.

Waqt laqgħha ta’ korteżija bejn il-Ministru Abela u l-Mibgħut Speċjali tal-Ġnus Mgħaquda għall-Oċean Peter Thomson, iż-żewġ partijiet aċċentwaw u rrikonoxxew l-irwol u l-importanza tal-oċeani għal żvilupp sostenibbli għall-popolazzjoni globali. Il-Ministru Abela ddiskuta wkoll il-preparazzjonijiet għall-laqgħa li jmiss tal-Ambaxxaturi tal-oċean li ser issir Malta x-xahar id-dieħel.

Il-Ministru Abela kien akkumpanjat mir-Rapreżentant Permanenti għall-Ġnus Magħquda Carmel Inguanez waqt l-iżjara tiegħu ġewwa New York.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend