Id-Deputat Prim Ministru jżur il-Maratona Oħloq Tbissima | One News

Notifiki

Id-Deputat Prim Ministru jżur il-Maratona Oħloq Tbissima

Id-Deputat Prim Ministru żar id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, fejn qed issir is-17-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima.

Dr Fearne ltaqa’ mal-bosta volutiera li qegħdin jagħtu l-parti tagħhom f’din il-maratona.

Id-Deputat Prim Ministru ura l-apprezzament tiegħu għal din l-inzjattiva li ssir kull sena. Huwa nnota kif f’dawn l-attivitajiet joħroġ is-sabiħ tal-Poplu Malti u Għawdxi għaliex jingħaqdu għal għan-nobbli.

Maratona Oħloq Tbissima bdiet il-Ġimgħa wara nofsinhar u se tkompli sal-Ħadd f’nofsillejl, bil-flus kollha miġbura jmorru biex tgħin lin-nies fil-Perù, il-Pakistan u l-Filippini.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend