BIL-FILMAT: Bjorn Vassallo elett President tal-MFA | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Bjorn Vassallo elett President tal-MFA

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA.  Dan wara elezzjoni missielta bejnu u Christ Bonett.  Vassallo ġab 83 vot filwaqt li Bonett ġab 54 vot minn total ta’ 137 vot mitfugħa. 

Il-President il-ġdid Bjorn Vassallo li għandu 39 sena, beda l-karriera sportiva tiegħu min ta’ età żgħira mal-klabb ta’ San Ġwann. Aktar tard, Vassallo sar rappreżentat ta’ San Ġwann FC fil-Kunsill tal-MFA, fejn imbagħad huwa imbagħad serva bħala segretarju ġenerali u aktar tard Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti.

Iktar tard huwa inħatar Segretarju Ġenerali u membru f’bosta kumitati tal-UEFA, kif ukoll Chairman tal-Kumitat Organizattiv tal-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena li kien sar f’pajjiżna.  Fl-2016 huwa beda x-xogħol tiegħu mal-FIFA bħala Direttur responsabbli mill-assoċjazzjonijiet Ewropej.  Wara l-ħatra tiegħu bħala president tal-MFA huwa ħabbar li se jkun qed jirriżenja mix-xogħol tiegħu mal-FIFA.

Bjorn Vassallo spjega kif il-pass li jmiss għall-futbol Malti issa hija li jiġu identifikati l-għanijiet li jridu jintlaħqu u jibda t-tibdil li hemm bżonn.

“ Irridu nkunu nafu fejn ninsabu u rridu nkunu nafu fejn sejrin.  Għandna sfidi fic-challenges li qed inħarsu lejhom, fl-objettivi li rridu nilħqu, allura rridu nkunu hemmhekk biex fil-ġimgħat li ġejjin inpoġġu bilqiegħda ma’ kulħadd, l-awtoritajiet l-istakeholders kollha, l-familja tal-futbol biex kemm jista’ jkun inkunu f’pożizzjoni illi sal-bidu tal-2020 ‘within a few weeks,months’ inkunu poġġejna fuq il-mejda diġa strateġija importanti bbażati fuq il-performance li l-futbol malti tant għandu bżonn.”

Intant, barra l-elezzjoni ta’ President kien hemm ukoll l-elezzjoni tal-Viċi Presidenti tal-MFA. It-tlett kandidati eletti bħala Viċi Presidenti huma Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend