Trump iħabbar li l-Istati Uniti waqqgħet ‘drone’ tal-Iran – One News

Notifiki

Trump iħabbar li l-Istati Uniti waqqgħet ‘drone’ tal-Iran

Il-President tal-Istat Uniti, Donald Trump qal li n-Navy Amerikana waqqgħet drone tal-Iran fil-limiti ta’ Hormuz. 

Trump stqarr li din l-azzjoni difensiva ttieħdet mill-aircraft carrier USS Boxer ilbieraħ minħabba li d-drone Iranjan kien 1,000 metru ‘l bogħod mill-bastiment Amerikan.

Mill-banda l-oħra, l-Iran stqarret li m’għandha l-ebda tagħrif dwar dan il-każ.

Dan il-każ ġara wara li x-xahar li għadda, fl-istess post, l-Iran waqqgħet drone militari Amerikan.

L-Amerika qed żżomm lil Iran responsabbli għal għadd ta’ tankers f’Hormuz li huwa post importanti ħafna għat-trasport bil-baħar. Minkejja dan il-Gvern ta’ Tehran qatt ma ħa responsabilità għal dawn l-attakki.

Il-biża’ li jinqala’ ta’ kunflitt militari f’dan ir-reġjun żdiedet wara din l-azzjoni min-naħa tal-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend