Ingħatat l-aħħar tislima lill-eks Membru Parlamentari Laburista Karmenu Buttigieg, magħruf bħala l-Fratell.
Buttigieg serva fil-Parlament għal żewġ leġiżlaturi, proprju bejn l-1976 u l-1987. L-aħħar tislima ngħatat fil-knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex.
Waqt l-omelija, l-Arċipriet tax-Xagħra, Mons Karm Refalo semma’ kif Karmenu jgħin lil kulħadd.
Preżenti għall-aħħar tislima kien hemm ministri, ex-ministri li ħadmu flimkien ma’ Buttigieg u anke kunsilliera minn Għawdex.
Wara l-quddiesa tal-funeral, it-tebut ittieħed quddiem il-każin tal-Partit Laburista fil-Pjazza tax-Xagħra fejn ġie milqugħ b’ċapċipa twila.