Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fetaħ libel fil-konfront tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Dan wara li l-Ġimgħa filgħodu fuq il-media soċjali Twitter, Simon Busuttil ippubblika messaġġ b’kontenut inveritier u malafamanti fil-konfront tal-Professur Edward Scicluna.
Dan il-messaġġ kien fih kontenut fejn Simon Busuttil implika li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna seta’ b’xi mod kien involut f’xi ħasil ta’ flus liema allegazzjoni hija totalment mhux minnha u intiża biss biex titfa’ dell ikrah fuq l-istess Ministru.
Għalhekk il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ma kellux triq oħra ħlief li jiftaħ kawża ta’ libell sabiex jipproteġi l-integrità tiegħu.