Ġimgħa sħiħa ta’ Mużika Jazz – One News

Notifiki

Ġimgħa sħiħa ta’ Mużika Jazz

Bħalissa qed titella’ edizzjoni oħra tal-Festival tal-Jazz. Festivals Malta li qed torganizza d-29 edizzjonita’ dan il-festival ħejjiet programm li hu mifrux f’postijiet differenti. 

Il-festival ta’ din is-sena ġie mniedi bil-ftuħ tal-wirja fotografika bl-isem ‘Moments in Jazz’ tal-ftotgrafu magħruf Darrin Zammit Lupi. Din il-wirja tikkonsisti minn għadd tar-ritratt tal-edizzjonijiet passata tal-Malta Jazz Festival. Dan il-fotografu rinomat ilu jikkollezzjona ritratt tal-festival sa mill-ewwel darba li sar fl-1991. Din il-wirja tinsab fir-reception tal-lukanda Phoenicia. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa sa għada.

Waqt li kien qed iniedi l-edizzjoni ta’ din is-sena, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici enfasizza l-importanza li jiġu organizzati festivals ta’ dan it-tip. Dr Bonnici stqarr:  “Filwaqt li l-festival tal-Jazz illum sar pjattaforma prominenti għall-wiri tat-talent lokali, fl-istess waqt iservi bħala żvog għal dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika jazz, u definittivament jattira n-nies. Bla dubju dan il-festival sar wieħed mill-avvenimenti l-iktar notevoli fil-kalendarju kulturali tagħna, u jgħin biex il-prodott kulturali lokali jkompli jitjieb”.

Il-Festival tal-Jazz ta’ Malta mistenni jilħaq il-qofol tiegħu nhar il-Ġimgħa u s-Sibt fil-post storiku ta’ Liesse, b’lista eklettika li se tiġi interpretata minn artisti kbar, ewlieni fosthom Kenny Garrett li se jkun qiegħed iżur lilm Malta għall-ewwel darba.

Se jkunu qed jieħdu sehem ukoll, il-kantanta Jazzmela Horn, il-kwartett Ozmosys li huwa mmexxi mid-drummer leġġendarju omar Hakim, kif ukoll Chucho Valdés li huwa leġġenda tal-Jazz Kuban.  Fost l-artisti lokali li se jieħdy sehem hemm it-trio William Smith u Dominic Galea.

Id-direttriċi ta’ Festivals Malta Annabelle Stivala, qalet li l-attivitajiet f’Ta’ Liesse se jagħlqu ġimgħa ta’ produzzjonijiet kemm li lokali u anke internazzjonali li se jittellgħu f’postijiet diversi madwar il-Belt Valletta, l-Imdina u l-Birgu.

Stivala temmet tgħid: “Se tkun ġimgħa li tinkludi wkoll gigs ta’ kuljum f’ħin l-ikla ta’ nofsinhar barra l-bini tal-Parlament, li se joffru divertiment lil dawk li jkunu għaddejjin minn hemm, kif ukoll serje ta’ masterclasses b’xejn fil-bar tal-jazz Offbeat. F’kelma waħda, qed inwiegħdu ġimgħa mħawra bil-jazz li għandha tqanqal u tittanta l-gosti tal-appassjonati tal-mużika u tagħtihom ħafna pjaċir.”

Il-biljetti għal post bilqiegħda għall-wirjiet tal-Ġimgħa tal-Malta Jazz Festival f’Ta’ Liesse nbiegħu kollha. Għal postijiet bilqiegħda fadal xi biljetti ta’ jumejn, u xi biljetti tas-Sibt; filwaqt li għal post bilwieqfa hemm biljetti disponibbli għaż-żewġ serati. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur www.festivals.mt/jazzfestival

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend